Dinja Waħda Environmental Project

DW_hdcompAs in previous scholastic years, our school is taking part once again in Dinja Waħda, a project organised by Birdlife Malta in collabroation with BOV. This project aims to give students the love of nature and the care for the environment. For several years our school attained a gold award for effort in promoting and taking part in this project. We hope that this year’s participation continues to build on the past years’ successful attainment.

Aġġettivi Assoluti – Year 4

Dawn huma żewġ stejjer qosra mill-istudenti tal-year 4.1. Fi gruppi, l-istudenti kellhom jużaw ammont ta’ aġġettivi assoluti biex bihom jiffurmaw storja qasira. It-tfal tgħallmu li jekk jużaw dawn it-tip ta’ aġġettivi ikunu kapaċi jagħmlu l-komponimenti u l-kitbiet tagħhom dejjem aktar interessanti.

Grupp 1 – Isaac, Jake, Elaine u Maya

Darba waħda qomt u t-temp kien kiesaħ silġ. Kelli bżonn noħroġ naqdi lil ommi u waqt li kont miexi qabdet ix-xita. Jien u miexi rajt siġra mgħawwġa ganċ. X’ħin wasalt għand tal-ħanut sirt imxarrab għasra. Lura d-dar ħassejtni għajjien mejjet għax ġarrejt basket tqil ċomb. Ommi għamlitli platt soppa u kien jaħraq nar.

Grupp 2 – Miguel, Jamie, Oiram u Neil

Jum fost l-oħrajn qomt ma niflaħx u kelli wiċċi abjad karti. Ommi għamlitli belgħa te’ ħelu manna. Il-papa’ mar jixtrili l-mediċina u kienet għalja nfern. Meta għaddieli mort niġri ġirja u sirt aħmar nar. Il-ġenituri tiegħi xtrawli rota ġdida fjamanta. Jien kont ferħan se ntir u soqtha sakemm ħassejtni għajjien mejjet.

 

Outings – Year 1

Biex inkomplu nsaħħu l-importanza tal-eżerċizzju, it-tfal tal-ewwel sena marru l-Gymstars u mixja ta’ kważi tliet sigħat fir-raħal sabiħ magħruf għas-sajd – Marsaxlokk. Din il-mixja ġiet organizzata mill-Kulleġġ ta’ Santa Tereża flimkien mal-Kunsill Malti għall-Isport. F’Marsaxlokk żewġ għalliema mill-Kunsill iltaqgħu magħna u taw informazzjoni addattata għat-tfal dwar il-kampanja, biedja u sajd.

Fun Walk ġewwa l-Buskett mill-Istudenti tal-Ħames Sena

Nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Diċembru 2011 l-istudenti tal-Ħames Sena attendew għal fun walk ġewwa l-Buskett organizzata mill-Kunsill Malti għall-isport.  Tlaqna minn taħt it-tinda tal-Buskett u ġbidna lejn l-inħawi ta’ Clapham Junction fejn rajna diversi raddi tar-roti – cart ruts. Bqajna tilgħin aktar ‘il fuq u wasalna ħdejn Għar il-Kbir li sa madwar mitt sena ilu kienu għadhom jgħixu fih in-nies. Rajna wkoll xi oqbra li kienu jintużaw mill-Puniċi madwar elfejn sena ilu. Minn hemm erġajna nżilna lura lejn il-Buskett. Madwarna smajna t-tpespis ta’ diversi għasafar fosthom il-pitirross li beda jfaqqa’ u jgħanni mis-siġar. Kienet esperjenza sabiħa għalina u tgħallimna li barra li jgħinna biex inkunu b’saħħitna, il-mixi jista’ jkun ta’ pjaċir ukoll meta mmorru f’xi post sabiħ tal-kampanja Maltija.

Ir-ritratti ttieħdu minn Isaac Bartolo (Yr. 5.2)

Ħarġa fl-Imdina mill-Istudenti tal-Ħames Sena

Nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru 2011 l-istudenti tal-Ħames sena flimkien mal-għalliema tagħhom żaru l-belt qadima tal-Imdina. Din il-ħarġa kienet parti mil-lezzjonijiet tal-Istudji Soċjali dwar il-bliet qodma Maltin sabiex l-istudenti jkunu jistgħu japprezzaw aktar dak li jkunu għamlu fil-klassi. Wara li raw dokumentarju dwar l-Imdina – the Mdina Experience – l-istudenti daru madwar l-Imdina bil-worksheets li preparaw għalihom l-għalliema. Waqt li osservaw, huma imlew il-worksheets bl-informazzjoni dwar dak li kienu qegġdin jaraw u jitgħallmu. Iż-żjara ntemmet b’dawra bil-ferrovija madwar ir-Rabat u l-Imtarfa kif ukoll waqfa fil-Ġnien Howard fejn l-istudenti ħadu ftit mistrieħ u kielu xi ħaġa wkoll. Din kienet żjara interessanti ferm u żgur li l-istudenti jibqgħu jiftakru dak li tgħallmu fiha.
Ir-ritratti t’hawn taħt ittieħdu minn Isaac Bartolo, Ruth Borg, u Michaela Mamo studenti fil-Klassi 5.2.

Pizzaioli! –

Il-Ġimgħa, 2 ta’ Diċembru 2011, it-tfal tat-tielet sena kellhom ħarġa nteressanti fejn għamlu x-xogħol ta’ pizzaioli! Morna fir-ristorant bl-isem ta’ Basilico fejn it-tfal ingħataw l-għaġina tal-pizza u żidu wkoll l-ingredjenti li xtaqu. Wara li l-pizza kienet lesta, waslet il-parti tant mistennija mit-tfal – dik li jduqu l-pizza! Imbagħad b’żaqqhom mimlija, it-tfal irritornaw lura lejn l-iskola.

Colours – KG 1.3

Children in KG 1.3 with the help of their teacher Ms. Antoinette and LSA Ms. Terri-Anne took part in several class activities such as sticking pictures and string painting related to the theme of the month “Colours”.

Class Assembly – Yr 3.2

Nhar il-Ħamis, 10 ta’ Novembru 2011, il-klassi ta’ Ms I Vella ppreparat poeżija biex tinqara waqt l-‘assembly’. Din il-poeżija li jisimha ‘Il-Lapsijiet’ hi miktuba minn Charles Casha. Għal din l-‘assembly’, it-tfal libsu kappell forma ta’ lapes li pinġew huma stess bil-għajnuna tal-għalliema tal-Arti. Xi tfal irreċtaw il-parti tal-lapsijiet tal-kulur li ‘tkellmu’ dwar ħajjithom.

The Spike and Ruby Show By Year 1.2

Squeak! Squeak! Hello,we are Spike and Ruby and these are our face masks which we did as part of the Happy House activities. Our teacher, Ms. Jeanine, took this photo of us in the school yard. We hope you enjoy our work.

Ghar Dalam u Marsaxlokk Outing

 Nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Novembru, il-klassijiet tal-Years 4 marru ħarġa s’Għar Dalam u dawra bit-trejn ma’ Marsaxlokk. F’Għar Dalam, it-tfal tgħallmu fuq l-ewwel nies li ġew hawn Malta u fuq l-annimali li wieħed kien isib f’dawk iz-zminijiet hawn Malta.

Wara morna dawra bit-trejn fejn it-tfal raw xi postijiet t’interess li jinsabu f’Marsaxlokk u fl-irħula tal-madwar fosthom it-Torri San Luċjan u d-diversi tipi ta’ dgħajjes tas-sajjieda.

Malta Falconry Outing

Students from Year 1 visited the Malta Falconry Centre in Siġġiewi where they had the opportunity to be close and in touch with rare species of birds including hawks, owls, falcons and eagles.