Categories
Year 5

Duq il-Qawsalla

Nhar il-Ħamis 10 ta’ Novembru 2011, il-klassijiet tal-Ħames Sena kienu mistiedna sabiex jattendu Seminar bl-isem ta’ “Duq il-Qawsalla” fil-Home Economics Centre B’Kara. It-tema tas-Seminar kienet dwar l-importanza li fid-dieta tagħna ninkludu 5 porzjonijiet ta’ frott u ħaxix kuljum. L-istudenti tgħallmu permezz ta’ stejjer, attivitajiet u logħob edukattiv. Waqt il-brejk it-tfal ingħataw cereal bar nutrittiva. Fl-aħħar tas-seminar kull student u studenta ingħataw ċertifikat ta’ attendenza.

Leave a Reply