Categories
Year 5

Swimming lesson for Year 5 students

Year 5 students have a swimming lesson at the National Pool at noon.

Categories
Year 5 Year 6

Meeting on Growing Up

A meeting for parents of children in years 5 and 6 will be held at school at 09.00.  This meeting will deal with issues related to children’s development.

Categories
Special School Days Year 5 Year 6

Merit Day for Years 5 and 6

Merit Day for Years 5 and 6 starts at 09.00.

Categories
Year 5 Year 6

Swimming lessons

Years 5 and 6 students will be going to the National Pool for swimming lessons.

Categories
Outings Year 5 Year 6

Educational outing for students in Years 5 and 6

Year 5 and 6 students will be going to the Drama Unit for a Greek Theatre Play and workshop.

Categories
Year 1 Year 2 Year 3 Year 4 Year 5 Year 6

Is-Servizz tan-Nurture Class

Din is-sena beda s-servizz tan-Nurture Class fl-iskola ta’ Ħal Lija. Fin-Nurture Class it-tfal isibu ambjent li jgħinhom iħossuhom tajbin magħhom infushom u milqugħa.  Huwa post fejn jingħataw iktar ħin u opportunita’ jitkellmu fuq dak li jħossu u jissudaw il-ħiliet li għandhom bżonn biex jiffaċċjaw l-isfidi tal-ħajja. Jitgħallmu l-valuri tar-rispett, l-ubbidjenza, l-imħabba u t-tolleranza f’ambjent sabih li jixbaħ lil dak tad- dar. Jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ma’ tfal bħalhom u jaħdmu fi grupp.  Is-servizz tan-Nurture Class jgħin lill-istudenti jiżviluppaw dawk il-kwalitajiet neċessarji biex jirnexxu, u jircievu edukazzjoni sħiħa.

nurture-2 nurture1

Categories
Year 5

Furnara għal ġurnata! – Year 5

L-għalliema tal-Ħames Sena organizzaw ġurnata speċjali għall-istudenti tagħhom li fiha għaqqdu attivita’ tat-tisjir mal-Matematika u mal-Malti. L-idea bdiet minn silta li t-tfal qraw matul il-ġimgħa li kienet tinkludi riċetta kif isir il-ħobż. L-għalliema ħasbu li jippruvaw ir-riċetta fil-klassi mal-istudenti tagħhom u minnha joħorġu attivitajiet marbuta ma’ ħiliet matematiċi kif ukoll aspetti tal-lingwa u kitba bil-Malti.

L-attivita’ bdiet billi ż-żewġ klassijiet ingħaqdu flimkien u l-għalliema bil-għajnuna tal-LSAs qassmu l-istudenti f’erba’ gruppi. Kull grupp kellu l-ingredjenti meħtieġa u l-għodda li kellu bżonn. L-istudenti wiżnu u ħejjew l-ingredjenti waqt li l-għalliema u l-LSAs staqsewhom domandi biex jgħinuhom jaħsbu b’mod matematiku waqt li qegħdin ikejlu. Sakemm l-għaġina kienet qed togħla l-istudenti ingħataw karta b’numru ta’ mistoqsijiet matematiċi ibbażati fuq ir-riċetta tal-ħobż.

Meta l-għaġina għoliet l-għalliema u l-istudenti ffurmaw ħbejżiet żgħar li ssajru f’żewġ fran tal-elettriku fil-klassi stess mill-għalliema. Ir-riħa tfuħ ta’ ħobż malajr infirxet mal-kurituri tal-iskola u qasmet qalb kulħadd. Sakemm sar il-ħobż, l-istudenti ingħataw karta oħra b’taħriġ tal-lingwa fil-Malti kif ukoll kitba qasira li fiha kellhom jiddeskrivu ħobża tal-Malti u jiktbu riċetta kif jagħmlu ħobż biż-żejt.

Ma jistax jonqos li l-istudenti kienu fuq ix-xwiek biex iduqu l-ħobż li għamlu huma stess, u xejn inqas l-għalliema u l-LSAs. Il-qofol tal-ġurnata ntlaħaq meta sa fl-aħħar l-istudenti ngħataw ħbejża kull wieħed sħuna u tqarmeċ midluka bil-butir. Tassew niżlitilhom għasel!!!!!

Mr. Paul Rapa

year5byear5cyear5dyear5e

Categories
Year 5

Fun Walk ġewwa l-Buskett mill-Istudenti tal-Ħames Sena

Nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Diċembru 2011 l-istudenti tal-Ħames Sena attendew għal fun walk ġewwa l-Buskett organizzata mill-Kunsill Malti għall-isport.  Tlaqna minn taħt it-tinda tal-Buskett u ġbidna lejn l-inħawi ta’ Clapham Junction fejn rajna diversi raddi tar-roti – cart ruts. Bqajna tilgħin aktar ‘il fuq u wasalna ħdejn Għar il-Kbir li sa madwar mitt sena ilu kienu għadhom jgħixu fih in-nies. Rajna wkoll xi oqbra li kienu jintużaw mill-Puniċi madwar elfejn sena ilu. Minn hemm erġajna nżilna lura lejn il-Buskett. Madwarna smajna t-tpespis ta’ diversi għasafar fosthom il-pitirross li beda jfaqqa’ u jgħanni mis-siġar. Kienet esperjenza sabiħa għalina u tgħallimna li barra li jgħinna biex inkunu b’saħħitna, il-mixi jista’ jkun ta’ pjaċir ukoll meta mmorru f’xi post sabiħ tal-kampanja Maltija.

Ir-ritratti ttieħdu minn Isaac Bartolo (Yr. 5.2)

Categories
Year 5

Ħarġa fl-Imdina mill-Istudenti tal-Ħames Sena

Nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru 2011 l-istudenti tal-Ħames sena flimkien mal-għalliema tagħhom żaru l-belt qadima tal-Imdina. Din il-ħarġa kienet parti mil-lezzjonijiet tal-Istudji Soċjali dwar il-bliet qodma Maltin sabiex l-istudenti jkunu jistgħu japprezzaw aktar dak li jkunu għamlu fil-klassi. Wara li raw dokumentarju dwar l-Imdina – the Mdina Experience – l-istudenti daru madwar l-Imdina bil-worksheets li preparaw għalihom l-għalliema. Waqt li osservaw, huma imlew il-worksheets bl-informazzjoni dwar dak li kienu qegġdin jaraw u jitgħallmu. Iż-żjara ntemmet b’dawra bil-ferrovija madwar ir-Rabat u l-Imtarfa kif ukoll waqfa fil-Ġnien Howard fejn l-istudenti ħadu ftit mistrieħ u kielu xi ħaġa wkoll. Din kienet żjara interessanti ferm u żgur li l-istudenti jibqgħu jiftakru dak li tgħallmu fiha.
Ir-ritratti t’hawn taħt ittieħdu minn Isaac Bartolo, Ruth Borg, u Michaela Mamo studenti fil-Klassi 5.2.

Categories
Year 1 Year 2 Year 3 Year 4 Year 5 Year 6

Għotja ta’ Ħampers lill-Familji fil-bżonn

Din is-sena ħsibna sabiex għaż-żmien tal-Milied inrawmu fl-istudenti tagħna il-valur tas-Solidarjeta’ ma’ dawk li huma fil-bżonn, anke nies li ma jafux personalment. Fit-tliet paroċċi li minnhom ġejjin it-tfal – Ħal Lija, Ħal Balzan u l-Iklin – hemm numru ta’ persuni u familji fil-bżonn. Għaldaqstant ħeġġiġna lill-istudenti sabiex iġibu mid-dar affarijiet tal-ikel bħal għaġin, ħelu, bottijiet tal-priserv, u affarijiet oħra. Il-ġenerożita’ li wrew it-tfal kienet waħda inkredibbli tant li mlejna 24 ħamper daqs bajda bl-affarijiet. Stedinna imbagħad lill-kappillani tat-tliet paroċċi u tajna tmien ħampers lil-kull kappillan biex iqassamhom lin-nies fil-bżonn fil-parroċċa. Kienet attivita’ li żgur ħalliet il-ġid u nittamaw li tibda ssir kull sena. Grazzi mill-qalb lil kull min ta’ sehmu biex din l-attivita’ kienet suċċess.