Categories
Year 3

Class Assembly – Yr 3.2

Nhar il-Ħamis, 10 ta’ Novembru 2011, il-klassi ta’ Ms I Vella ppreparat poeżija biex tinqara waqt l-‘assembly’. Din il-poeżija li jisimha ‘Il-Lapsijiet’ hi miktuba minn Charles Casha. Għal din l-‘assembly’, it-tfal libsu kappell forma ta’ lapes li pinġew huma stess bil-għajnuna tal-għalliema tal-Arti. Xi tfal irreċtaw il-parti tal-lapsijiet tal-kulur li ‘tkellmu’ dwar ħajjithom.

Categories
Year 5

Special Assembly by Year 5.2

Il-Logħob Olimpiku

 Nhar it-Tlieta, 20 t’ April, il-klassi tagħna Year 5.2 tellgħet assembly bit-tema tal-Logħob Olimpiku. Tkellimna dwar dawn il-logħob li jsiru kull erba’ snin u li fihom jippartċipaw atleti minn pajjizi madwar id-dinja kollha. Fakkarna lill-istudenti li dan il-logħob beda f’Ateni, il-Greċja fejn l-irġiel biss kienu jiehdu sehem. Ma tistax ma ssemmix lill-Baruni Pierre de Coubertin li hu l-fundatur tal-Logħob Olimpiku Modern. Dan jgħallimna li:

L-aqwa li tieħu sehem u mhux li tirbaħ!