Nhar it-Tnejn 2 ta’ April, l-istudenti tal-ewwel sena flimkien mal-għalliema u l-LSA tagħhom, marru ħarġa edukattiva ġewwa Xrobb l-Għaġin, fil-limiti ta’ Marsaxlokk. Hemmhekk żaru l-kumpless tan-Nature Trust u raw l-ambjent naturali tal-madwar. Sar logħob addattat fejn it-tfal tgħallmu dwar il-friefet li nsibu Malta u dwar annimali oħra u fejn jgħixu. Tgħidx kemm ħadu gost jimxu qalb is-siġar żgħar, imissu l-friegħi u jxommu dik ir-riħa friska ta’ ħaxix! Raw ukoll kif ir-riħ li beda jonfoħ mill-faċċata beda jdawwar raddiena tar-riħ li huma kienu qed iżommu f’idejhom. Wara li kielu xi ħaġa, it-tfal daħlu ġewwa u flimkien mal-għalliema u r-rappreżentanti tan-Nature Trust lagħbu logħob edukattiv fejn tgħallmu japprezzaw in-natura, l-annimali u l-fawna tal-madwar, kif ukoll kemm hu importanti li nibżgħu għalihom. Kienet ħarġa differenti b’tema importanti u interessanti, grazzi ghar-rappreżentanti kollha tan-Nature Trust li għamluha daqshekk attrajenti għat-tfal ċkejknin.
Ms. Jeanine Sciberras ghalliema year 1.2