Nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Diċembru 2011 l-istudenti tal-Ħames Sena attendew għal fun walk ġewwa l-Buskett organizzata mill-Kunsill Malti għall-isport. Tlaqna minn taħt it-tinda tal-Buskett u ġbidna lejn l-inħawi ta’ Clapham Junction fejn rajna diversi raddi tar-roti – cart ruts. Bqajna tilgħin aktar ‘il fuq u wasalna ħdejn Għar il-Kbir li sa madwar mitt sena ilu kienu għadhom jgħixu fih in-nies. Rajna wkoll xi oqbra li kienu jintużaw mill-Puniċi madwar elfejn sena ilu. Minn hemm erġajna nżilna lura lejn il-Buskett. Madwarna smajna t-tpespis ta’ diversi għasafar fosthom il-pitirross li beda jfaqqa’ u jgħanni mis-siġar. Kienet esperjenza sabiħa għalina u tgħallimna li barra li jgħinna biex inkunu b’saħħitna, il-mixi jista’ jkun ta’ pjaċir ukoll meta mmorru f’xi post sabiħ tal-kampanja Maltija.
Ir-ritratti ttieħdu minn Isaac Bartolo (Yr. 5.2)