Categories
Year 5

Special Assembly by Year 5.2

Il-Logħob Olimpiku

 Nhar it-Tlieta, 20 t’ April, il-klassi tagħna Year 5.2 tellgħet assembly bit-tema tal-Logħob Olimpiku. Tkellimna dwar dawn il-logħob li jsiru kull erba’ snin u li fihom jippartċipaw atleti minn pajjizi madwar id-dinja kollha. Fakkarna lill-istudenti li dan il-logħob beda f’Ateni, il-Greċja fejn l-irġiel biss kienu jiehdu sehem. Ma tistax ma ssemmix lill-Baruni Pierre de Coubertin li hu l-fundatur tal-Logħob Olimpiku Modern. Dan jgħallimna li:

L-aqwa li tieħu sehem u mhux li tirbaħ!