Categories
Year 5

Ħarġa għall-President’s Kitchen Garden

Nhar it-Tlieta 18 t’Ottubru,  il-klassijiet tal-Ħames Sena żaru il-Kitchen Gardens tal-President ġewwa Ħal Balzan. Tlaqna mill-iskola bil-mixi wara l-ewwel brejk u wasalna nofs siegħa wara. Hemmhekk iltqajna ma żewġ għalliema tax-Xjenza li dawruna mal-post u urewna bosta affarijiet interessanti. Tgħallimna dwar il-pjanti u l-ħxejjex tal-ikel, dwar l-animali kif ukoll dwar l-ambjent Malti. Uħud minna ħadu wkoll xi ritratti. Tawna wkoll ktejjeb bl-attivitajiet. Ħadna ħafna gost għaliex tgħallimna ħafna affarijiet ġodda fuq in-natura u rajna lil ħbiebna l-annimali.

Dawn ir-ritratti ittieħdu minn Ruth Borg (Yr.5.2)

Ikklikkja hawn biex tara slajdxow tar-ritratti