Categories
Year 1

Ħarġa mill-Istudenti tal-Ewwel Sena fi Xrobb l-Għaġin

Xrobb l-GħaġinNhar it-Tnejn 2 ta’ April, l-istudenti tal-ewwel sena flimkien mal-għalliema u l-LSA tagħhom, marru ħarġa edukattiva ġewwa Xrobb l-Għaġin, fil-limiti ta’ Marsaxlokk. Hemmhekk żaru l-kumpless tan-Nature Trust u raw l-ambjent naturali tal-madwar. Sar logħob addattat fejn it-tfal tgħallmu dwar il-friefet li nsibu Malta u dwar annimali oħra u fejn jgħixu. Tgħidx kemm ħadu gost jimxu qalb is-siġar żgħar, imissu l-friegħi u jxommu dik ir-riħa friska ta’ ħaxix! Raw ukoll kif ir-riħ li beda jonfoħ mill-faċċata beda jdawwar raddiena tar-riħ li huma kienu qed iżommu f’idejhom. Wara li kielu xi ħaġa, it-tfal daħlu ġewwa u flimkien mal-għalliema u r-rappreżentanti tan-Nature Trust lagħbu logħob edukattiv fejn tgħallmu japprezzaw in-natura, l-annimali u l-fawna tal-madwar, kif ukoll kemm hu importanti li nibżgħu għalihom. Kienet ħarġa differenti b’tema importanti u interessanti, grazzi ghar-rappreżentanti kollha tan-Nature Trust li għamluha daqshekk attrajenti għat-tfal ċkejknin.

Ms. Jeanine Sciberras ghalliema year 1.2

Categories
Year 5

Ħarġa fl-Imdina mill-Istudenti tal-Ħames Sena

Nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru 2011 l-istudenti tal-Ħames sena flimkien mal-għalliema tagħhom żaru l-belt qadima tal-Imdina. Din il-ħarġa kienet parti mil-lezzjonijiet tal-Istudji Soċjali dwar il-bliet qodma Maltin sabiex l-istudenti jkunu jistgħu japprezzaw aktar dak li jkunu għamlu fil-klassi. Wara li raw dokumentarju dwar l-Imdina – the Mdina Experience – l-istudenti daru madwar l-Imdina bil-worksheets li preparaw għalihom l-għalliema. Waqt li osservaw, huma imlew il-worksheets bl-informazzjoni dwar dak li kienu qegġdin jaraw u jitgħallmu. Iż-żjara ntemmet b’dawra bil-ferrovija madwar ir-Rabat u l-Imtarfa kif ukoll waqfa fil-Ġnien Howard fejn l-istudenti ħadu ftit mistrieħ u kielu xi ħaġa wkoll. Din kienet żjara interessanti ferm u żgur li l-istudenti jibqgħu jiftakru dak li tgħallmu fiha.
Ir-ritratti t’hawn taħt ittieħdu minn Isaac Bartolo, Ruth Borg, u Michaela Mamo studenti fil-Klassi 5.2.

Categories
Year 6

Reduce, Reuse, Recycle

By Year 6.1 (Ms. Sharon Muscat)

This is a creative writing activity in which students worked in groups in order to create ideas and develop solutions to improve our environment.

Categories
Year 1

Where do you live?

The students in Year 1.1 (Ms. Francesca Saliba) and Year 1.2 (Ms. Jeanine Sciberras)  made these posters about the villages and towns they come from as a follow-up activity to a Social Studies lesson. They found pictures and wrote a couple of sentences about their locality. Here are some pictures of these posters.