Categories

Eko Skola: Our Eco Code

As part of the Eko Skola programme, the committee has to draft an Eco Code – a set of ‘rules’ that we are going to follow to implement the Eko Skola Action Plan. The committee decided to have the Eco Code in the form of a song that can be sung by students during the weekly Green Assembly.

The song covering all aspects of the Action Plan was written by Ms Rita Debono, who is a retired teacher who used to be part of our teaching staff . The musical arrangement was done by Mr Alistair Attard, music teacher. The song entitled “Dinja Żgħira” is sung on the music of “It’s a Small World”.

Besides the song we also have an Eco Code displayed on the EkoSkola noticeboard in the school foyer. It consists of photos and slogans prepared by EkoSkola committee members with the help of University B.Ed Students.

Dinja Żgħira (Kanzunetta għal EkoSkola)

Meta tana d-dinja l-Mulej ħanin

ried li nieħdu ħsiebha aħna l-bnedmin.

Pjanti, siġar u fjur

ħut u bhejjem u tjur

huma tagħna u ta’ kulħadd.

Dinja żgħira nindukraw

Dinja żgħira nikkuraw

Din id-dinja ta’ kulħadd

Dinja ta’ kulħadd.

Jekk nużaw riġlejna biex nivvjaġġaw

Petrol, żejt u diesel biex niffrankaw

l-arja tibda tindaf

u għalhekk inti taf

kemm hemm bżonn li nimxu spiss.

Dinja żgħira nindukraw…

Ejjew ma naħlux u nużaw bil-qies

Karti, plastik, żraben u anke lbies

għalhekk nerġgħu nużaw

imbagħad nirreċiklaw

l-iskart jonqos minnufih.

Dinja żgħira nindukraw…

Jekk irridu l-ilma fil-vit naraw

Niehdu xawer w ilma bil-qies nużaw

u id-dawl ma naħlux

għax fid-dlam ma naħdmux

kulħadd jaf kemm hu bżonnjuż.

Dinja żgħira nindukraw…

Pikniks mal-familja kemm huma sbieħ

fil-kampanja sbejħa b’xi żiffa riħ

meta l-ħin ikun sar

nieħdu kollox id-dar

u l-iskart narmuh fil-bins.

Dinja żgħira nindukraw…

Għandna bżonn insebbħu dan il-pajjiż

billi nħawlu siġar kull daqs u qies

Xtieli, pjanti u fjur

Jagħtu dawl u kulur

U pajjiżna jkun sinjur.

Dinja żgħira nindukraw… x2 RITA DEBONO

Leave a Reply